ĦAMRUN SPARTANS DIKJARATI CHAMPIONS TAL-FUTBOL MALTI HD
ONE.COM.MT • Ħamrun Spartans ġew iddikjarati champions tal-Kampjonat Premier, għat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Dan tħabbar hekk kif matul il-jum tal-Ġimgħa, iltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u ddeċieda li l-kampjonat jieqaf iżda t-tim Ħamruniż jiġi dikjarat rebbieħ tal-futbol Malti wara li ntlagħbu tliet kwarti tal-logħob tal-kampjonat. Crew ta’ ONE News mar ġewwa l-Ħamrun, fejn diversi Ħamruniżi niżlu bil-karozzi tagħhom, biex jiċċelebraw dan ir-rebħ tal-kampjonat. Hemmhekk spikkat preżenza qawwija tal-pulizija u uffiċjali tal-Awtoritajiet tas-Saħħa fejn bosta nies baqgħu fil-karozzi jpapqu tul Strada Rjali. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: CHRIST BORG Ħamrun Spartans ġew iddikjarati champions tal-Kampjonat Premier, wara tletin sena. It-tmien kampjonat ta’ Ħamrun Spartans ġie deċiż waqt il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA. Il-klabb Ħamruniż rebaħ dan il-kampjonat wara li ntlagħbu ħamsa u sebgħin fil-mija tal-logħob tal-istaġun. Tul l-istaġun, it-tim Ħamruniż baqa’ konsistenti, fejn fl-aħħar logħba li lagħab, għeleb lil Hibernians li ġew fit-tieni post. Fil-Ħamrun sibna atmosfera ta’ festa minkejja li ċ-ċelebrazzjonijiet ma setgħux isiru bħas-soltu minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. Dan hekk kif diversi persuni niżlu fi Strada Rjali, fejn il-ħornijiet tal-karozzi ddominaw din it-triq prinċipali bit-tpaqpiq. Hemmhekk sibna preżenza qawwija tal-pulizija u uffiċjali oħra tal-Awtoritajiet tas-Saħħa jaraw li kulħadd josserva r-regoli marbuta mal-imxija. Dan anki wara li l-Ġimgħa filgħodu, il-klabb appella għall-kawtela, ftit qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni mistenija li l-Ħamrun se jsiru champions. Fil-Ħamrun iltqajna mal-eks plejer tal-Ispartans, Joe Brincat li kien parti mill-aħħar tim li rebaħ il-kampjonat qabel dak tal-lum. JOE BRINCAT EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS “Ta’ pjaċir ħafna wara dawn is-snin kollha. Id-dispjaċir huwa bis-sitwazzjoni li hija, wara 30 sena ma tistax tiċċelebra kif suppost, imma l-Ħamrun kien jixraqilna li nieħdu l-kampjonat. Naħseb kienu l-istaġun kollu tajjeb.” Quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu kien hemm diversi persuni, li żammew id-distanza minn xulxin, fejn fost dawn kien hemm l-eks plejers tal-Ispartans Gejtu Refalo u Alex Azzopardi. GEJTU REFALO EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS “Ifisser ħafna għax wara dawn is-snin kollha, tletin sena hu, iġġeddielhek il-memorji ta’ meta konna nilgħabu.” ALEX AZZOPARDI EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS “Ir-rebħ tal-Kampjonat huwa pjaċir għax wara tletin sena, pero fl-istess ħin dispjaċir għax kont nippreferi komplejnih.” Bħal dawn l-eks stilel tal-Ispartans, nies oħrajn esprimew il-ferħ. “Ovvjament iż-żgħażagħ tal-lum, xi ħaġa kbira għalihom, xi ħaġa sabiħa. Inżertat illi ma nistgħux niċċelebraw, anzi qegħdin niċċelebraw hawnhekk mill-aħjar nistgħu.” “Jien niftakar ta’ qabel għax jien naqa anzjan, pero llum dawn iż-żgħażagħ li telgħu llum qatt ma rawhom dawn l-affarijiet u jixtiequhom u ma jistg
Похожие видео
Показать еще