Brikkuni - Cpar HD

31.01.2017
Ċ(P)AR Ċpar. Fi triqti lejn l-Imġarr Ċpar. Tistħajlu duħħan Minn ħġejjeġimkebbsa taħt qoxortil-art Ċpar. Abjad libbes l-asfalt Dgħajjef dwalijiet Li minn arbli għoljin kmandaw it-triq Ċpar. Widnejk trid tiftaħ biex tara Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli Li kilbetkaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti Iżda ħadd u xejn Mhu ser jidħol bejn In-namra u n-namrat Ċpar. Xi kultant, Troddilna lura ftit mis-seħer Minn dak li jġorrna lura lejn jiem Il-ħolm ħali ta’ żgħożija fl-ewwel fjur It-tfal sakrana Tal-lejl l’għadda Għand ommhom Inġabru għas-sħana Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli Li kilbet kaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti Iżda ħadd u xejn Mhu ser jidħol bejn In-namra u n-namrat

Похожие видео