YORGEN FENECH SE JGĦADDI ĠURI HD

18.08.2021
ONE.COM.MT • U se nibdew dan il-bullettin bi żvilupp mill-Qorti. Yorgen Fenech se jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia wara li tqiegħed taħt kap t’akkuża. Fil-Qorti llum il-Prosekuzzjoni preżentat lista t’armi li Fenech allegatament xtara minn fuq id-dark web. Id-dettalji f’dan l-ewwel servizz għal-lejla. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Yorgen Fenech tpoġġa taħt kap t’akkuża li jfisser li se jkun qed jgħaddi ġuri fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Erbgħa filgħodu l-Prosekuzzjoni ressqet akkużi speċifiċi kontra l-allegat mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Il-Prosekuzzjoni qed titlob għal sentenza t’għomor il-ħabs fuq l-allegat involviment tiegħu fl-assassinju ta’ Caruana Galizia. Il-Prosekuzzjoni qed titlob ukoll sentenza ta’ bejn għoxrin u tletin sena ħabs għall-akkużi li se tixlih bihom b’rabta m’assoċjazzjoni kriminali. B’dan l-iżvilupp ukoll mistennija tingħalaq il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Fenech iżda skont il-liġi l-kumpilazzjoni tista’ terġa’ tiftaħ jekk tiġi ppreżentata evidenza ġdida. Intant fil-Qorti iDeputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia xehed li minn fuq id-dark web, Yorgen Fenech xtara grenades magħrufa bħala bombi tal-idejn, machine guns li jisparaw il-velenu, pistoli u mat-tmien mitt balla fost oħrajn. Fil-Qorti ntqal li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xtara dawn l-armi kollha sena wara l-mewt ta’ Caruana Galizia. Dr Galea Farrugia xehed li Fenech ħallas għal dawn l-armi bil-Bitcoin. Intqal li mal-pistoli xtara silencers u anki ssemmiet email li turi li Fenech kien assigurat li l-għoxrin gramma ta’ kimika tossika li ordna kienet telqet minn fein ordnaha biex tasal għand ix-xerrej. Id-Difiża oġġezzjonat għall-preżentazzjoni tal-lista tal-allegat xiri tal-armi msemmija billi argumentat li l-Prosekuzzjoni qed tonqos tipprova li fil-fatt Yorgen Fenech xtara dawn l-oġġetti. Id-Dark Web hija sistema li biex taċċessaha jkollok software apposta.

Похожие видео

Показать еще