22 IMMIGRANT MIXLIJA LI QAJMU REWWIXTA
ONE.COM.MT • Tnejn u għoxrin immigrant inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ rewwixta li sar it-Tnejn filgħaxija fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi. Intant il-pulizija arrestat erba’ persuni b’rabta ma’ traffikar tad-droga. KITBA: ONE NEWS FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI Tnejn u għoxrin immigrant inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti b’rabta mar-rewwixta li saret it-Tnejn filgħaxija fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi. Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, il-persuni ġejjin fost l-oħrajn mill-Alġerija, miċ-Chad, mis-Sudan, mill-Ghana, mill-Guinea u mil-Libja ġew mixlija li insultaw u weġġgħu ħafif lil ħames uffiċjali ta’ detenzjoni, li ġabu ruħom b’mod vjolenti u li rreżistew l-arrest. Huma ġew akkużati wkoll li kienu kompliċi biex isir reat kriminali, għamlu ħsara b’mod volontarju, li kisru l-paċi pubblika, ma obdewx il-liġijiet, heddew uffiċjali pubbliċi u li waddbu l-ġebel f’proprjetajiet privati. Nhar it-Tnejn li għadda ġew arrestati erbgħa u għoxrin immigrant iżda tressqu l-Qorti tressqu tnejn u għoxrin immigrant li kienu marbuta tnejn tnejn huma u deħlin l-Qorti. L-immigranti wieġbu mhux ħatja iżda ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest. L-INTERĊETTAR TAT-TELEFONATI MHUX L-UNIKU TIP TA’ EVIDENZA L-ispettur Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, deher fuq il-pedana tax-xhieda fil-Qorti fejn stqarr li l-interċettar tat-telefonati li sar mis-Servizzi tas-Sigurtà fuq dawk mixlija bil-qtil ta’ Caruana Galizia kien użat bħala evidenza biex tgħin lill-pulizija tanalizza l-kumplament tal-evidenza. Arnaud saħaq li l-interċettar tat-telefonati ma kinux l-uniku investigazzjoni wara li kompla jinstema’ l-każ kostituzzjonali li fetaħ George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż biex jikkontesta l-validità tat-telefonati interċettati. TINĦELES WARA LI DARBET PULIZIJA META KIENET FIS-SAKRA Nghattu Qorti general Saida Agius Idy ta’ tnejn u erbgħin sena minn San Pawl il-Baħar ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkużata li darbet ħafif uffiċjal tal-pulizija. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq semgħet kif il-mara kienet fis-sakra. Fil-Qorti ntqal li l-mara kienet qiegħda ġġorr sikkina li l-mara allegatament kienet qed tuża biex tiekol tuffieħa. Hu qal ukoll li l-mara tant kienet xurbana li ma tiftakarx l-inċident iseħħ li fih weġġgħet hi wkoll. ARRESTATI B’RABTA MA’ TRAFFIKAR TA’ DROGA Erbat irġiel li għandhom bejn it-tletin sena u s-sebgħa u sittin sena, tlieta minnhom Maltin u wieħed Tuneżin, ġew arrestati waqt rejd fil-Fgura wara li allegatament kienu qed jittraffikaw id-droga. Ir-rejd seħħ f’residenza fi Triq Cospicua fil-Fgura, u minn tfittxija li saret fuq il-post mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, instabu xi qratas bit-traċċi tad-droga eroina u kokaina u parti minn blokka raża tal-kannabis. Mhux eskluż li dawn il-persuni jitressqu l-Qorti.
Похожие видео
Показать еще