IRRIDU NIXPRUNAW SOĊJETÀ B’OPPORTUNITAJIET GĦAL KULĦADD HD
ONE.COM.MT • U fl-istess programm, il-Prim Ministru saħaq li jrid Gvern li jkompli jixpruna soċjetà aktar ġusta b’opportunitajiet għal kulħadd. Il-Prim Ministru kompla jitkellem fuq futur sabiħ għall-pajjiżna hekk kif qed noħorġu mill-pandemija u semma kif il-vera sondaġġi huma l-laqgħat li jkollu man-nies fejn jisma’ t-tajjeb iżda anki fejn jeħtieġ jitjieb. Saħaq li mbagħad wara li jisma’, jiddeċiedi fuq ħidma li ssarraf f’ta’ ġid għal kulħadd. Fil-programm XTRA, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem ukoll dwar kif il-Gvern u l-Partit Laburista mmexxi minnu jridu jkomplu juru ruħ soċjali u jtejbu ħajjet in-nies. Ta eżempji kif bl-aħħar Budget kompla jgħin lin-nies waqt pandemija billi ta żidiet oħra lill-pensjonanti, żied l-istipendji u l-inwork benefit iżda l-Prim Ministru saħaq li jrid ikompli jixpruna ħidma favur soċjetà aktar ġusta li toffri opportunitajiet għal kulħadd. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Nara partit li jibqa’ dejjem xprun biex dan il-Gvern ikompli jimxi lejn soċjetà li tkun waħda aktar ġusta, lejn pajjiż li jkun aktar sabiħ u pajjiż li jkun iktar ambizzjuż u tgħidli soċjetà aktar ġusta xi tfisser, xi frażi teoritika? Le. Soċjetà aktar ġusta tfisser li toffri iżjed opportunitajiet għal kulħadd, għaż-żgħażagħ tagħna, kwalità ta’ xogħol aħjar, income aħjar.” F’intervista mal-ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan, li fiha semma miżuri ta’ investiment fin-nies, bħall-pakkett ta’ sebgħin miljun ewro li jinkludi ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa għall-ħaddiema u ċekk addizzjonali għall-familji u anki l-aħħar miżura li tħabbret il-Ħadd ta’ skema ta’ rifużjoni għal spejjeż marbuta ma’ mediċini tal-IVF li saru mill-bidu tas-sena, Dr Abela semma wkoll liż-żgħażagħ u l-laqgħat li jkollu magħhom. ROBERT ABELA PRIM MINISTRU “Titkellem dwar diversi suġġetti magħhom u l-perspettiva li jagħtuk u l-mod kemm tant nitgħallem mingħandhom u għalhekk niltaqa’ spiss maż-żgħażagħ tagħna hija xi ħaġa li verament taffaxxinak u għalhekk ma nitkellimx dwar iż-żgħażagħ bħala l-mexxejja ta’ għada, iż-żgħażagħ huma l-mexxejja tal-lum u għalhekk aħna kellna l-kuraġġ li naqqasna l-età tal-vot għal 16-il sena għaliex irridu li ż-żgħażagħ jipparteċipaw magħna, ikunu katina magħna fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.” Quddiem anki rapport tal-Kummissjoni Ewropea, li juri li din is-sena Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea u li l-ekonomija f’Malta mistennija tikber b’darba u nofs iżjed mill-medja Ewropea, il-Prim Ministru semma l-ħtieġa ta’ proċess edukattiv li jibqa’ għaddej, dak magħruf bħala t-tagħlim tul il-ħajja. Dan sabiex kulħadd jibqa’ jkollu opportunitajiet ta’ xogħol aħjar. Filwaqt li tenna li f’elezzjoni ġenerali, il-partiti jitilqu xejn b’xejn, tkellem dwar il-vera sondaġġi li jkollu, il-laqgħat man-nies, bħal ma kellu fl-aħħar jiem fis-suq tal-Birgu. Kellna footage sabih PM man-nies Birgu 8 Feb 2022 Hawn qal li sema’ l-affarijiet pożittivi u l-isfidi tan-nies, li mbagħad fuqhom jaħdem biex jiddeċiedi u