BOSTA JATTENDU BI ĦĠARHOM GĦAL FESTA FRAWLI FL-IMĠARR HD
ONE.COM.MT • Kienu bosta l-Maltin u turisti li ħadu vantaġġ mit-temp sabiħ tal-jum tal-Ħadd sabiex igawdu l-Festa Frawli fl-Imġarr. Crew ta’ ONE News attenda għal din l-attività ra l-entużjażmu ta’ kull min kien hemm, li apparti li ħadu gost bil-ħlewwa tal-frawli, marru biex jippromwovu l-prodott Malti. KITBA: MATTHEW FARRUGIA FILMAT: CHRIS BORG Tul il-jum tal-Ħadd bosta Maltin u turisti marru bi ħġarhom fl-Imġarr biex iduqu dak li joffri l-prodott Malti f’Festa Frawli. Hawn wieħed seta’ jara u jixtri l-frawli Malti u kif ukoll prodotti marbuta magħhom, fosthom diversi ħelu tal-frawli. Din kienet l-ewwel edizzjoni ta’ Festa Frawli f’sentejn, hekk kif minħabba l-pandemija, l-aħħar żewġ edizzjonijiet ta’ dan l-avveniment tant mistenni, ma setgħux isiru. ONE News żar l-Imġarr, fejn seta’ jara l-andament b’saħħtu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni tal-prodott Malti. Il-bejjiegħa li tkellmu ma’ dan l-istazzjon sostnew kif din l-edizzjoni kienet waħda ta’ suċċess kbir. “Bażikament hawn ħafna turisti wkoll u jidher li hawn atmosfera sabiħa u n-nies qed jieħdu pjaċir.” “Naħseb li erġajna b’suċċess fil-festa frawli u avolja konna sentejn nieqsin minħabba l-Covid, naħseb dis-sena kellna suċċess kbir.” Intant, dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ xi nies li ħadu vantaġġ mit-temp sabiħ, u esperjenzaw dan l-avveniment maħbub fil-kalendarju Malti. Apparti l-frawli ħelu, huma sostnew li r-raġuni partikolari għalfejn ġew bi ħġarhom, hija sabiex jippromwovu l-prodott ta’ Malta. “Sabiħa, ifhem ilha ma tinfetaħ sentejn u l-aħħar li ġejna fl-elfejn u tmintax u tieħu pjaċir.” “Ġejna hawnhekk mal-mara u għandna żewġ ħbieb u ħadna gost ħafna.” “Frawli l-mara tieħdu, mhux jien għax jien ma nieklux. Idarrassni. M’hemmx x’tagħmel. Imma xtrajna, xi ħaġa dejjem nieħdu magħna. J’Alla kulħadd jagħmel bħalna biex immexxu l-prodott li huwa tagħna l-Maltin.”
Похожие видео
Показать еще