L-INVESTIGATURI QED IĦARSU L-LIĠI BIR-REQQA. HD
ONE.COM.MT - Intant fid-daħla ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta’ aġġornament b’rabta mal-investigazzjonijiet u kwistjonijiet marbuta mal-police bail li ngħata Yorgen Fenech fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Bla ma daħal fil-każ, Dr Muscat spjega kif skont il-liġi l-pulizija għandha tmienja u erbgħin siegħa ċans biex tinterroga persuna u f’każ li din titressaq il-Qorti, il-pulizija ma tkunx tista’ tistaqsi iżjed mistoqsijiet u tinterogga lil persuna sakemm tibda għaddejja ġuri. Fil-fatt sostna li bil-mod ta’ kif żvolġa l-każ, il-Pulizija kellha bżonn aktar ħin biex tkellem lil Fenech. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li bħalissa l-Pulizija tinsab għaddej bl-analiżi tal-informazzjoni kollha li għadda l-allegat middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Похожие видео
Показать еще