JITLEF €74,000 WARA LI DAĦAL JISRAQ F’TAS-SLIEMA HD
ONE.COM.MT • Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qorm ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati ta’ attentat ta’ serqa u li sar reċevdiv wara li daħal jisraq minn dar ta’ anzjana minn Tas-Sliema waqt li kienet qed tisma’ quddiesa. L-akkużat li ħareġ b’idu f’idu mid-dar tal-anzjana spiċċa tilef ukoll erbgħa u sebgħin elf ewro f’depożiti u garanziji personali li ħallas għall-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ allegati reati li wettaq fl-aħħar snin / JITLEF €74,000 WARA LI DAĦAL JISRAQ F’TAS-SLIEMA KITBA OWEN GALEA FILMAT Christopher Scerri ta’ erbgħin sena minn Ħal Qormi ntbagħat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati ta’ attentat ta’ serqa minn dar ta’ xwejħa meta ħarġet biex tisma’ quddiesa f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ f’Ottubru li għadda meta l-anzjana li tgħix fi Triq Santa Rita ħarġet minn darha biex tmur għall-quddies fil-Knisja tan-Nazzarenu. Sakemm kienet barra, l-akkużat u raġel ieħor daħlulha f’darha u qalbu kull m’hemm/ Huma nqabdu ħerġin mid-dar tax-xiħa mill-ġirien li nnotaw il-bieb ta’ barra sgassat. Iż-żewġ ħallelin telqu mid-dar b’idhom f’idhom għax il-flus tal-anzjana waqgħulhom u spiċċaw taħt il-gwardarobba. Fl-envelopp kellha madwar elfejn ewro. L-akkużat ġiet identifikat mill-pulizija minn filmati tas-CCTV li f’daru nstab flok u żarbun identiku għal dak li kien liebes hu u ħiereġ mid-dar. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud qalet li hija konvinta li Scerri kien wara dan l-attentat ta’ serq mid-dar tal-anzjana flimkien ma’ ħalliel ieħor li għadu ma ġiex identifikat. Fil-qorti l-Ispettur Shawn Pawney xehed li l-akkużat kien l-uniku persuna bid-deskrizzjoni mogħtija mill-ġirien fil-ħin li għadda minn Triq Santa Rita fi triqtu lejn ix-Xatt. L-imputat nstab ħati wkoll li kien reċediv u li kiser il-kundizzjonjiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ reati separati li allegatament wettaq fil-passat. Il-Maġistrat Mifsud għamilha ċara li l-kundizzjonijiet imposti mill-qrati għandhom jiġu osservati u sostna li mhux aċċetabbli li l-imputat ma josservahomx għax jaħseb li hu ’l fuq mil-liġi u jista’ jagħmel li jrid/ Il-qorti ordat l-arrest immedjat tal-akkużat u l-konfiska ta’ 74 elf ewro li l-akkużat ħallas f’depożitu u garanziji personali b’rabta mal-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest.
Похожие видео
Показать еще