AKTAR MIN NOFS TUNNELLATA TA’ XBIEKI JITELLGĦU MILL-BAĦAR HD

29.06.2022
ONE.COM.MT • Bl-għan komuni li jkompli jiġi ndirizzat il-‘ghost fishing’ fl-ibħra tagħna, kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura u l-għaqda volontarja Żibel rat man-nofs tunnellata fi xbieki u tagħmir ieħor jittella’ minn quddiem Kemmuna. Ix-xibka maġġuri kienet ilha hemmhekk mat-tletin sena u minħabba l-kobor tagħha kellha titella’ b’dgħajsa mgħammra bi krejn f’operazzjoni li crew ta’ ONE News segwa mill-qrib u li damet madwar sagħtejn. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: A. BORG / ŻIBEL / MAFA_PS “Bħalissa qegħdin nassistu għal operazzjoni fejn fi ftit tal-minuti oħra se tkun qed titella’ xibka minn qiegħ il-baħar propju quddiem Kemmuna. Din ix-xibka ilha hawnhekk mat-tletin sena fejn kien għereq troller li ttella’ però din ix-xibka baqgħet f’qiegħ il-baħar. Qed jassistu wkoll bosta bugħaddasa mill-NGO Żibel illi kienet fuq l-insistenza tagħhom li din ix-xibka titella’ u bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Akwakoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.” F’din l-operazzjoni ttellgħet ix-xibka maġġuri li tiżen madwar erba’ mija u tmenin kilo iżda li flimkien ma’ xbieki oħra li ttellgħu qabel f’madwar sagħtejn ittellgħu ‘l fuq minn nofs tunnellata f’parit u apparat tal-baħar. Dan kollu ittella’ mill-bajja ta’ San Nikola, f’Kemmuna f’fond ta’ madwar sittax-il metru mill-wiċċ tal-baħar. Fortunatament, meta x-xbieki ġew analizzati fuq l-art ma nstabx ħut jew annimali tal-baħar maqbuda fiha. Dan minħabba li l-art tal-baħar fejn kienet qiegħda x-xibka hija ċatta u ramlija. Il-kobor tax-xibka li kellha titella’ rrikjediet dgħajsa mgħammra bi krejn provduta bl-għajnuna tad-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakolutra, filwaqt li kien hemm ukoll dinghy b’numru ta’ bugħaddasa mill-għaqda volontarja Żibel. L-operazzjoni li segwejna kienet l-aħħar għaddsa marbuta ma’ dan it-tagħmir f’qiegħ il-baħar minn erbgħa li għamlu l-voluntiera sabiex investigaw ix-xibka u raw kif din kellha titella’ bl-aħjar mod. Ftit tal-mumenti wara li x-xibka maġġuri ttellgħet b’suċċess, tkellimna mal-Ko-Fundatur u ċ-Chairman ta’ Żibel, Andrew Schembri li spjegalna il-punti saljenti li kkaratterizzaw din l-operazzjoni. ANDREW SCHEMBRI KO-FUNDATUR U CHAIRMAN TA’ ŻIBEL “Biex qtajnieha x-xibka minn mal-bqija tal-istruttura li kien hemm taħt l-ilma użajna diversi cable cutters, segi u skieken differenti. Din hija parti wkoll mix-xogħol li nagħmlu mal-Fisheries Department dwar ghostness, inġenerali.” Din ma kinitx l-ewwel operazzjoni ta’ dan it-tip għall-għaqda Żibel hekk kif il-voluntiera kemm il-darba mmarrkaw tagħmir użat mis-sajjieda mitluqa f’qiegħ il-baħar li jkunu tħallew għal xi raġuni jew oħra. Raġunijiet komuni għaliex dan it-tagħmir jispiċċa jintilef jinkludu li dan jinqabad ma’ strutturi artifiċjali jew ma’ blat jew saħansitra l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jaħkmu l-post fejn dan it-tagħmir ikun qed jintuża. Dan bil-konsegwenza li t-tagħmir li jiġi mitluq għal rieħu isir nassa għall-ħut u kreaturi tal-baħar. Dan h

Похожие видео