KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL BIEX JITGĦALLMU JFADDLU L-FLUS HD

20.09.2022
ONE.COM.MT • Dalgħodu tnediet kompetizzjoni għat-tfal tal-primarja u tas-sekondarja biex jitgħallmu kif iġemmgħu u jippjanaw il-flus tagħhom. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: BJORN BONELLO Tnediet kompetizzjoni għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel tal-primarja u tas-sekondarja dwar kif iġemmgħu u jippjannaw il-flus tagħhom. Dan bħala parti mill-programm Ġemma, li ġie varat f’konferenza tal-aħbarijiet fl-Università l-Antika fil-Belt. Helena Holland qed tmexxi din l-inizjattiva u spjegat li l-għan tagħha huwa li t-tfal jitgħallmu jibnu l-futur tagħhom minn t’età żgħira. Hija żiedet tispjega kif il-proġetti tat-tfal f’din il-kompetizzjoni se jkollhom temi differenti, fosthom dwar il-qalba diġitali u anki s-sostenibilità. HELENA HOLLAND IT-TEAM LEADER TA’ ĠEMMA “Imbagħad minn dan il-proġett, l-iskola, minn dawn il-proġetti differenti għax jista’ jkollhom aktar minn tim wieħed li joħroġ b’idea, kif għamilna fi SkolaSajf. F’dan il-każ jingħażel l-aħjar proġett, isir video ta’ għaxar minuti u dan il-video jiġu submitted. Issa mbagħad min-naħa tagħna, dan ħa jagħlaq għal nofs Marzu.” Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, li qal li din il-kompetizzjoni tissarraf f’tagħlim għall-ġenerazzjoni futura biex minn t’età żgħira, it-tfal jitgħallmu kif iġemmgħu flushom u jsibuha utli fil-ħajja adulta. Qal kif dan it-tagħlim huwa differenti minn tal-iskola, hekk kif jibqa’ jservi tul il-ħajja kollha. Il-Ministru Falzon semma wkoll li b’inizjattivi bħal dawn, wieħed jitgħallem jippjana għall-quddiem u jagħraf jagħmel il-prijoritajiet.

Похожие видео