IL-PN SKOMDU JWIEĠEB DWAR IT-TRAMM LI QED IWIEGĦED HD
ONE.COM.MT • Il-Partit Nazzjonalista ma kienx komdu jwieġeb dwar it-tramm bla binarji li qiegħed iwiegħed. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista rrifjuta li jsemmielna pajjiżi fejn dan it-tramm diġà qed jintuża. Konxju mill-fatt li dan it-tramm qed jintuża biss f’post wieħed fiċ-Ċina u ġie rrifjutat minn pajjiżi bħall-Awstralja u Franza, Peter Agius qalilna li l-Partit Nazzjonalista m’għandux għalfejn jiġġustifika l-proposti tiegħu. KITBA: COLIN DEGUARA FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI Il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra ma kienx komdu jwieġeb dwar it-tramm bla binarji li qiegħed iwiegħed. Din id-darba staqsejna lill-kelliem tal-Partit Nazzjonalista biex jgħidilna ħames pajjiżi oħra li fih dan it-tramm qed jintuża diġà. Iżda minflok wieġeb qalilna biss li l-Partit Nazzjonalista m’għandux għalfejn jiġġustifika l-proposti tiegħu. PETER AGIUS KELLIEM GĦALL-PN Colin Deguara: “Fl-aħħar jiem għidtu li għamiltu ħafna studji, taf ssemmili ħames pajjiżi fejn fihom diġa qed jintuża t-trackless tram aka l-bendy bus version 2?” Peter Agius: “Colin, naħseb jiena aħna m’għandniex għalfejn niġġustifikaw proposti.” Hekk kif il-kelliem ewlieni ma kienx jaf isemmi iżjed pajjiżi fejn dan it-tramm qed jintuża, il-ġurnalist ta’ ONE News tah ftit ħjiel u qallu kif bħalissa qed jintuża biss fiċ-Ċina. Dan it-tramm kien irrifjutat għal kollox minn pajjiżi oħra bħal Awstralja u Franza. Dan minħabba li wara testijiet li saru instab li fost l-oħrajn is-sistema tiswa iżjed mill-prezz mogħti mill-kumpanija Ċiniża, it-tramm jagħmel ħsara lit-toroq, hemm problema bil-bankini filwaqt li t-tramm jirrikjedi 15 il-metru spazju biex idur. PETER AGIUS Colin Deguara: Taf issemmihom il-ħames pajjiżi? Trid ngħinek intik waħda imqar? Qed tintuża fiċ-Ċina, imma imbgħad ser ikollok problema ssemmili 4 pajjiżi oħra għaliex ma teżistix f’pajjiżi oħra ħlief fiċ-Ċina?” Peter Agius: “Ser nagħmluha u kapaċi nagħmluha f’leġislatura waħda.” Konxji li mingħand Peter Agius ma konniex ser nieħdu risposta rajna jekk id-deputat Stephen Spiteri u l-kandidata Julie Zahra setgħux jgħinuh ftit lill-kelliem, iżda lkoll lebbtu ’l barra bla kliem u bla sliem. ĠURNALIST Colin Deguara: “Onorevoli Spiteri, Julie forsi tgħinuh ftit isemmi dal-ħames pajjiżi li suppost fihom diġa qed jintuża dan it-trackless tram għaliex il-kelliem tal-Partit ma jafx għalkemm qed tgħidu li għamiltu l-istudji. Taf Peter iva jew le? Forsi tista’ tgħidilna inti kandidata wkoll tal-Partit. Ma tafx lanqas?”
Похожие видео
Показать еще