ATTIVITÀ POLITIKA FL-IMQABBA INDIRIZZATA MILL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA HD
ONE.COM.MT • Illum żorna l-pjazza tal-Imqabba fejn waslu fi tmiemhom il-preparamenti għall-attività politika ta’ għada indirizzata mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela. Diskors f’ġimgħa fejn il-Gvern kompla jħabbar iżjed għajnuna għall-familji Maltin u Għawdxin u li fih il-Prim Ministru mistenni jkompli jwassal il-pjanijiet li għandu għal pajjiżna. ATTIVITÀ POLITIKA FL-IMQABBA INDIRIZZATA MILL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA Il-qalba tar-raħal tal-Imqabba tinsab lesta biex għada tilqa’ lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela li ser jindirizza attività politika. L-attività mistennija tibda fl-10:00 ta’ filgħodu b’diskorsi minn diversi kelliema oħra. ONE News żar it-tinda ġewwa l-pjazza tal-Imqabba fejn tkellimna mal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard li spjegat kif fl-attività ser ikunu segwiti r-regoli u l-protokolli kollha marbuta mal-Covid 19. RAMONA ATTARD PRESIDENT TAL-PARTIT LABURISTA “Kif qed taraw warajja hawnhekk kollox jinsab lest biex l-Imqabba tilqa’ lill-Prim Ministru Robert Abela fejn ovjament il-Prim Ministru Robert Abela ħa jkun fost il-kelliema li se jindirizza lil dawk kollha preżenti. Nixtieq inħabbar li din l-attività l-ewwel kien hemm numru ta’ nies skond il-preparamnti li qed isiru, ġiet fully booked mil-ewwel u allura kellna saħansitra t-team ta’ organizzazzjoni tagħna iwessa’ n-nies, iwessa’ l-kapaċità tal-post sabiex ikun jista’ jippermetti li jiġu iktar nies.” Ramona Attard b’sodisfazzjon spjegat kif il-fatt li l-attività ser issir f’din il-pjazza huwa wkoll wieħed sinifikattiv hekk kif din għadha kif ġiet riġenerata b’investiment ta’ erba’ miljun ewro. Stqarret kif għalhekk din hija wkoll evidenza ċaara tal-għaqal fit-tmexxija ta’ Gvern Laburista. RAMONA ATTARD PRESIDENT TAL-PARTIT LABURISTA “Qegħdin fil-pjazza sabiħa tal-Imqabba, pjazza ukoll li hija r-riżultat ta’ kemm qed jaħdem infrastruturalment ukoll Gvern Laburista fost il-proġetti oħra li għaddejjin tul Malta u Għawdex. Wara kollox minn għada nistennew diskors tal-Prim Ministru Robert Abela li jirrifletti dak li tenna tul il-ġimgħa, diversi miżuri, diversi proġetti li saru din il-ġimgħa imma wkoll it-triq il-quddiem.”