FENECH JIXHED FIL-KAŻ LI FETAĦ KONTRA L-ISPETTUR ARNAUD HD

17.12.2019
ONE.COM.MT •Fl-stess seduta xehed ukoll Yorgen Fenech li qal li l-eks chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kien jgħidlu li l-informazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien jagħtihielu l-Ispettur Arnaud. Qal li fil-bidu ta’ din is-sena Schembri kien qallu li l-pulizija qed isegwi mill-qrib lil Melvin Theuma minħabba każijiet marbuta mal-finanzi tiegħu. Allega wkoll li kien qallu li kellu jsir raid fuq Theuma dwar affarijiet relatati ma’ flus. KITBA NICOLE BUTTIGIEG FILMATI SHAUN CUCCIARDI In-negozjant Yorgen Fenech wieġeb bosta drabi li ma jiftakarx, meta mistoqsi jwieġeb dwar allegazzjonijiet li għamel fil-konfront tal-kap tal-iskwadra tal-omiċidji l-ispettur Keith Arnaud. Fenech qed jallega li Arnaud kien qed jgħaddi informazzjoni lil Keith Schembri u li talbu pjaċir. Fenech qed jinżamm arrestat fil-faċilita korrettiva ta’ kordin hekk kif kif huwa s-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff f’kaz li fetaħ kontra l-ispettur Arnaud, Fenech qal li Schembri kien jgħidlu li l-informazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia kien jagħtihielu l-Ispettur Arnaud. Iżda Fenech ma eskludiex li din l-informazzjoni Schembri kien iġibha minn briefings li kien ikun hemm Kastilja. Fenech qal li huwa kien qed ikollu informazzjoni kontinwa dwar l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Qal li kien jaf dwar l-arrest tal-eżekuturi fl-2017 u li Vince Muscat, il-kohhu, u l-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi kienu qegħdin jitkellmu mal-pulizija. Yorgen Fenech qal li fil-bidu ta’ din is-sena Schembri qallu li l-pulizija qed isegwi mill-viċin lil Theuma minħabba kazijiet relatati mal-finanzi tiegħu. Allega wkoll li kien qallu li kellu jsir raid fuq Theuma dwar affarijiet relatati ma’ flus. Fenech qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Arnaud u li Schembri kien jgħidlu li għandu relazzjoni mill-qrib mal-Ispettur. Qal li ġieli kien ikun ma’ Schembri u dan kien jgħidlu li bagħatlu Arnaud, iżda qal li ma jafx x’kien l-kontenut tal-messaġġi. Dwar l-allegazzjoni li Schembri sab impjieg lill-mara tal-ispettur Arnaud, Fenech qal li ma jiftakarx il-kliem eżatt li qallu Schembri. Fi stqarrija, Infrastructure Malta kienet iddikjara li l-mara tal-ispettur ingħatat impjieg wara proċess u għażla pubblika.

Похожие видео