JGĦID LIL MARTU LI RIED JAGĦMEL LEJL FUQ IL-QABAR TA’ KRISTU HD
ONE.COM.MT • Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jipprova jiġġustifika l-fatt li l-grupp involut fih Yorgen Fenech ħallaslu kamra f’lukanda lussuża f’Tel Aviv. Osservaturi politiċi qed jisħqu li Jason Azzopardi mhux qed jgħid il-verità. Intant mart Jason Azzopardi qalet li huwa ried imur tieġ f’Tel Aviv waħdu għax ried jagħmel lejl fuq il-qabar ta’ Kristu. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI L-għada li l-gazzetta Illum żvelat li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħa kamra mħallsa mill-grupp ta’ Tumas, li kien imexxi Yorgen Fenech, fil-lukanda lussuża Hilton f’Tel Aviv, ma naqqsux l-osservazzjonijiet għal mod kif Azzopardi qed jipprova jiġġustifika l-istorja. Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Jason Azzopardi prova jiġġustifika l-fatt li ħa kamra mħallsa f’lukanda lussuża fl-Iżrael billi qal li kienet sorpriża għalih li kienet ġiet imħallsa mill-grupp ta’ Tumas, permezz ta’ Ray Fenech. Fi ftit ħin wara li ġiet żvelata l-istorja, Jason Azzopardi ftakar xi dettalji, anki jekk sa propju ftit jiem qabel, fi programm fuq ix-xandir nazzjonali, Jason Azzopardi qal li ma jiftakarx jekk ħax xi ħaġa mill-grupp li kien hemm involut Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. JASON AZZOPARDI DEPUTAT NAZZJONALISTA “Mill-grupp li huwa kien CEO int pereżempju qatt ma ħadt xejn mingħandhom pereżempju lil dawn, il-grupp?” “Żgur mhux mingħand Yorgen Fenech.” “Le mill-grupp, qed nistaqsik qed inkun preċiż bħal Avukat jien, qatt ħadt xi ħaġa?” “Ma niftakarx li qatt ħadt xi ħaġa.” “Qatt ma ħadt xi ħaġa.” Azzopardi li jitkaża b’ħaddieħor, dwar l-istorja tiegħu f’Tel Aviv qal li ma setax isib lukanda għal ħamest ‘ijiem fl-Iżrael u sostna li kellu tieġ hemm. L-argument li Jason Azzopardi ma setax isib post fejn jorqod fil-pajjiż fejn hemm l-Art Imqaddsa u Bethlehem tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod ma niżlet xejn tajjeb mal-kummentatur politiku Simon Mercieca li saħaq li Azzopardi lanqas kien sejjer f’pajjiż fejn ma hemmx lukandi. “Li tgħid li ġo Tel Aviv ma stajtx issib lukanda mur għidha, kif jgħidu l-Amerikani lill-marines. Jekk għandhom xi ħaġa tajba l-Lhud, hija li fejn jidħlu l-interessi finanzjarji, huma dejjem kienu u għadhom fuq quddiem. Ara qatt ġo Tel Aviv, l-aktar belt importanti ġewwa Iżrael mhux ser jirnexxilek issib fejn tibbukkja? Qisek qed tgħid li ġej f’Malta u ma sibt booking imkien! Min jaf l-affarijiet jaf li Jason Azzopardi mhux qed jgħid il-verità”, saħaq Simon Mercieca. Il-ġurnalist Saviour Balzan ukoll għadda osservazzjoni dwar is-saga marbuta ma’ Jason Azzopardi u dak li prova jiġġustifika. SAVIOUR BALZAN EDITUR MANIĠERJAL TAL-MALTATODAY "Skużi inkun politiku, inċempel għax għandi bżonn inmur insib lukanda, issa ma nafx min imur Tel Aviv għal-erba’, ħamest’ ijiem u ma jibbukjax il-lukanda imma nsomma, ma jimpurtax, imma dan mhux l-ewwel każ. Jiena nfurmat li Jason Azzopardi għandu tradizzjoni twila li jitlob in-nies l-affarijiet b’xejn u jekk jgħoġbok ma jisfidanix